Joe Ellis, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis fil-parlament qal li mhux minnu li qed jinżamm milli jitkellem fil-parlament u sostna li r-rapporti li qed isiru fuqu fil-media Laburista huma biss invenzjonijiet. Hu qal li dawn huma stejjer ivvintati.
Fl-Aġġornament Joe Ellis sostna li dan hu gvern kapitalist, l-aktar gvern kapitalist fl-istorja ta’ Malta, li tagħti lok għal eċċessi li jridu jkunu korretti bl-intervent tal-Istat. Hu sostna li l-PN dejjem emmen fir-rwol tal-privat u kkritika l-fatt li l-editur ta’ ‘It-Torċa’ u ‘l-orizzont’ kien sospiż għaliex il-linja editorjali tiegħu favuri l-fqir, il-batut u l-immigranti llegali dejqet lill-kbarat tal-gvern li għamlu pressjoni fuq il-kbarat tal-GWU.
Meta dan l-editur ma baxxiex rasu kien sospiż; dan hu żvilupp bla preċedent propju inħabba diverġenza fuq il-linja editorjali. Dan juri kemm il-GWU mhux tgħix l-iskopi tagha li tgħin lil min hu batut u kemm il-gvern u l-GWU tilfu l-iskopijiet tagħhom għaliex moħħom bisss fin-negozju fosthom li ddaħħal €17-il miljun fis-sena minn skema.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fuqu sar attakk feroċi li qed jabbuża mill-privileġġ parlament propju għax f’Marzu tal-2021 lill-Ministru Clint Camilleri kien staqsieh dwar meta se tkun lesta t-triq min-Nadur għall-Imġarr li kienet ilha magħluqa sentejn u nofs.
Hu qal li hu għandu sehem ffabbrika tal-bricks iżda ma jkunx jaf x’inhu għaddej għax hu avukat u ftit imur hemm. Min qed jagħmel din ti-triq iforni ż-żrar u r-ramel u bħala aprti mill-ħlas jieħu l-bricks; li ħadd ma jkun jaf fejn jispiċċa.
Joe Ellis sfida lil min irid biex jieħu l-każ quddiem il-Kummissarju għall-Istandards għaliex hu ma kienx jaf li qed jittieħdu xi bricks mill-fabbrika. Hu assigura lill-Ministru għal Għawdex li mhux minnu li hu ried jaqla’ iktar flus meta staqsa l-mistoqsija dwar dik it-triq imsemmija.
//= $special ?>