6,625 karozza jew 1.6% biss tal-karozzi kollha f’Malta, huma hybrid jew elettriċi. Dan hekk kif l-ikbar ammont ta’ vetturi li hawn f’pajjiżna għandhom magna petrol… dawn jammontaw għal 244,303 jew 59.2%. Dan filwaqt li 37.8% jew 156,135 karozza għandhom magna diesel.
Statistika ppublikata milL-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li fl-aħħar kwart tal-2021 kien hemm żieda fil-vetturi fit-toroq Maltin… żieda ta’ 1.963 fuq it-tliet xhur preċedenti.
Bħalissa f’Malta hawn total ta’ 413,019 vettura… b’75.8% huma karozzi tal-passiġġiera filwaqt li 13.8% vetturi kummerċjali u 9.3% muturi u e-scooters.
//= $special ?>