F’logħba diretta għall-ewwel post, Attard għelbu lil Kalkara b’gowl uniku skurjat fl-74 minuta minn Nicholas Schembri, li mill-ħdax-il metru għeleb lil Jonathan Vella f’dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Għargħur minn naħa tagħhom żammew il-pass meta gowl ta’ Ikechukwu Igwemeke minn penalty fi tmiem l-ewwel taqsima, kien biżżejjed biex rebħu lil Birżebbuġa St. Peter’s. Fil-logħbiet l-oħra Msida St. Joseph rebħu d-derbt kontra Ta’ Xbiex 2-0 b’żewħ goals ta’ Christian Caruana fil-bidu tat-tieni taqsima. Għaxaq għelbu lil Siġġiewi 2-1 Għaxaq fetħu l-iskor minn penalty mogħti minn Rio Micallef, filwaqt li Lian Sciberras skorja l-gowl tar-rebħa erba’ minuti minn tmiem il-logħba. Ryan Muscat kien skorja l-gowl tad-dro fit-68 minuta. Xgħajra Tornados għelbu lil Dingli Swallows 2-1. Kienu Dingli li fetħu l-iskor minn Luke Galea fl-erbatax-il minuta filwaqt li Jonathan Hili ġab id-dro fid-39 minuta. Meta l-logħba dehret li se tintemm f’parità, Xgħajra ingħataw penalty fl-94 minuta li Aaron Hili ma falliex.
Amateur League – Grupp A | L | P |
Attard | 13 | 28 |
Għargħur | 13 | 26 |
Kalkara United | 13 | 23 |
Msida Saint Joseph | 13 | 19 |
Birżebbuġa Saint Peters | 13 | 17 |
Xgħajra Tornados | 13 | 15 |
Dingli Swallows | 13 | 11 |
Għaxaq | 13 | 11 |
Siġġiewi | 13 | 9 |
Ta’ Xbiex | 13 | 9 |
Kirkop jegħlbu lil Santa Venera u jinqalgħu minn qiegħ il-klassifika
F’logħba minn naħa t-isfel tal-klassifika Kirkop rebħu 3-1 lil Santa Venera Lightnings biex akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva. Kirkop fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ Melchior Grech u dopjetta ta’ Matthew Borg filwaqt li Luke Taliana skorja gowl ta’ konsolazzjoni għal Santa Venera fid-90 minuta. F’logħba oħra diretta fin-naħa t’isfel, Mdina Knights rebħu lil Mellieħa 3-0 b’goals skurjati minn Lazar Doric, Jack Vella u Andy Paul Camilleri. Marsaskala għelbu lil Qormi 3-2 biex żammew it-tieni post fil-klassifika. Kien Adrian Carabott li skurja għal Marsaskala fis-37 minuta qabel Leon Thuema skurja l-gowl tad-dro fil-45 minuta. Qormi marru fil-vantaġġ fil-75 minuta minn Shazen Magri. Marsaskala ħallew għall-aħħar biex dawru l-logħba favur tagħhom meta Joseph Chetcuti ġab id-dro fis-87 minuta, biex Nicholas Zammit skurja l-gowl tar-rebħa tliet minuti fuq il-ħin regolamentari b’penalty mogħti minn Nicholas Zammit. Żurrieq minn naħa tagħhom ftit kellhom problemi meta għelbu lil Mtarfa bl-iskor kbir ta’ 7-0. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien ta’ 4-0 b’goals ta’ Kurt Darmanin, Mauro Bonnici, Timothy John Thomas u Ivan Bojovic. Fil-bidu tat-tieni taqsima tkeċċa l-player ta’ Mtarfa Nestor Luis Silva, biex Żurrieq komplew jiddominaw il-logħba u jiskuraw tliet gows oħra minn Andre Joe Cutajar, Giovanni Galea u Miguel Simiana.
Amateur League – Grupp B | L | P |
Żurrieq | 12 | 29 |
Marsaskala | 11 | 26 |
Żabbar St. Patrick | 11 | 22 |
Mtarfa | 11 | 22 |
Mdina Knights | 12 | 12 |
Kirkop United | 12 | 11 |
Mellieħa | 12 | 10 |
Qormi | 11 | 9 |
Santa Venera Lightnings | 12 | 8 |