Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident fin-Naxxar

Raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:15 tat-Tlieta filgħodu meta il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Hyosung misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Fgura.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.