Lokali

“Flimkien nistgħu nibnu soċjetà inklussiva” – Bernard Grech

“Il-politika tal-Partit Nazzjonalista hija mibnija fuq l-inklussività, fejn napprezzaw il-valur tat-tolleranza bil-prijorità tkun il-ħajja tal-bniedem”.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul żjara li għamel lill-komunità Iżlamika f’Raħal Ġdid, inkluż il-Moskea u kif ukoll l-iskola li tinsab fl-istess post.

Tul din iż-żjara l-Kap tal-PN kien akkumpanjat mid-deputat Jason Azzopardi u mill-Kandidat Ivan Bartolo.

L-Imam Mohammed El Sadi rringrazzja lill-Partit Nazzjonalista li minn dejjem wera l-id tal-ħbiberija fejn bil-politika li wettaq fil-passat għaraf li jgħin kemm lil-Libjani fl-eqqel tar-Rebbiegħa Għarbija… u kif ukoll għen biex tissaħħaħ l-edukazzjoni fl-iskola primarja tal-istess komunità. 

Bernard Grech ħa l-opportunità li jiltaqa’ mal-istudenti u l-għalliema … u seta’ wkoll jara x-xogħol li għamlu tul din is-sena akkademika.

Ritratti: Matthew Tabone