Lokali

Ħabib ta’ Konrad Mizzi mogħti xogħol bi ħlas ta’ €600 kuljum… propju wara l-Elezzjoni Ġenerali

Ġimgħa wara li l-Eks Ministru Konrad Mizzi ħa l-ġurament tal-ħatra bħala membru tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat, il-ħabib tiegħu David Galea ingħata kuntratt ta’ €600 kuljum biex jipprovdi “konsulenza” lil EneMalta.

The Shift News saħqu li diversi invoices mibgħuta minn Galea lil diversi entitajiet governattivi juru li fi żmien li sieħbu kien Ministru, Galea u d-ditta tiegħu BEAT LTD tħallsu €1.5 miljun mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.

Dan il-kuntratt ingħata lil Galea propju 8 t’ijiem biss wara li Mizzi inħatar bħala Ministru tal-Enerġija