Dalgħodu ġie inawgurat outdoor gym fil-Kulleġġ Marija Reġina taz-Zokrija fil-Mosta. Gym li issa jista’ jitgawda mir-residenti kif ukoll mill-istudenti li jattendu dan il-kulleġġ.
Dan l-open gym seta’ jsir realtà grazzi għall-ħidma tal-Kunsill Lokali preċedenti mmexxi minn Sindku Nazzjonalista li kien fassal il-ħsieb, il-pjanti u l-permessi kollha sabiex isir dan il-proġett importanti. Dan l-outdoor gym sar b’fondi tad-development fund tal-Awtorita tal-Ippjanar – proġett li sewa 175,000 ewro.
Dan il-proġett juri kemm verament il-PN jemmen fil-Kunsilli Lokali. U Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li l-Kunsilli jingħatawlhom lura s-saħħa, ir-riżorsi u d-dinjita li tixirqilhom. Dan għaliex fl-aħħar snin kellna Gvern li neħħa id-dinjità li kellhom dawn il-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>