Tlieta mill-aqwa producers u diretturi tal-films f’pajjiżna qalu li se jkollhom jitilqu minn pajjiżna u jmorru jaħdmu f’pajjiżi oħra jekk il-Gvern mhux ser ikun qed jieħu azzjoni …u jinvesti tassew f’dan il-qasam. Bil-producers jinsistu li din l-industrija għadha lura ħafna u minkejja li Malta tista’ tagħmel miljuni ta’ ewro mill-industrija tal-films, il-Gvern mhux jeħodha bis-serjeta’ ….tant li qed iħallu dawn il-kumpaniji f’xifer falliment.
Mal-gazzetta Times of Malta, Rebecca Anastasi – Producer tal-film Luzzu, Rebecca Cremona – Direttur tal-film Simshar u Abigail Mallia – Direttur ta’ Limestone Cowboy…spjegaw għaliex huma bbojkotjaw l-ewwel edizzjoni tal-Film Awards.
Mat-Times, huma stqarrew li ma jagħmel l-ebda sens li tagħmel serata ta’ awards meta din l-industrija għadha qed titwieled f’pajjiżna ….filwaqt li tennew li l-unika ħaġa li żżommhom f’Malta huwa l-fatt li jixtiequ jipproduċu films u serje ta’ kwalita’ tajba f’pajjiżna.
Diversi persuni f’din l-industrija diġa’ telqu minn pajjiżna… u issa qed jaqilgħu paga aħjar, u jaħdmu f’kundizzjonijiet aktar xierqa
Dwar il-Malta Film Awards, huma saħqu li iddeċidew li jagħmlu ‘boycott’ ta’ din is-serata meta saru jafu li ser tiġi tiswa mal-400,000 ewro… meta l-fondi għal din l-industrija huma 600,000 ewro fis-sena..
U minkejja li ġie mistoqsi kemm il-darba dwar kemm verament ġiet tiswa din is-serata… il-Minsitru Clayton Bartolo qed jibqa’ jaħrab mill-mistoqsija, u jibqa’ jisħaq li għadhom qed ikunu kkalkulati l-eluf illi intefqu.
//= $special ?>