Sport Sport Ieħor

Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalist Sport ħabbar li nfetħu n-nominazzjonijiet għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-organizzazzjoni tat-62 edizzjoni se tkun konġunta bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sport, bis-serata finali se tkun organizzata skond il-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

In-nominazzjonijiet se jkunu evalwati mill-Kumitat Organizzativ li nħatar mill-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-sottomisjonijiet tan-nominazzjonijiet jagħlqu t-Tlieta 1 ta’ Marzu 12.00pm.

Il-Kategoriji jinkludu l-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena, l-Uffiċjal tas-Sena, it-Tim tas-Sena, il-Coach tas-Sena u l-Atleta Żagħżugħ u Żagħżugħa tas-Sena. Se jingħata rikonoxximent għall-aqwa avveniment tas-sena, l-Atleta tas-sena b’abiltajiet differenti kif ukoll il-People’s Choice Award.