253 huwa n-numru totali ta’ persuni li ma jafux x’se jigri minnhom wara li huma ma ghazlux illi jaccettaw l-iskema offruta mill-Air Malta – skema li prattikament kienet tfisser li jiġu ssensjati minn mal-linja nazzjonali tal-ajru. Bil-maġġoranza ta’ dawn il-persuni, għadhom f’inċertezza dwar kif se jibdew jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum għalihom u għall-familja tagħhom.
Huma ħafna l-eks ħaddiema li għamlu kuntatt ma’ Net News u kkummentaw dwar il-mod kif ġew trattati fl-aħħar jiem wara l-aħbar li ġew, jew li se jiġu, ssensjati mil-linja Nazzjonali tal-Ajr. B’ħafna jgħidu li l-iskema li tahom l-Gvern hija daħqa fil-wiċċ lejn il-professjoni li huma tant ħadmu għaliha.
Oħrajn qalu li din mhi soluzzjoni xejn, għaliex fir-realtà s-settur tal-avjazzjoni ħa daqqa kbira, bl-ebda pjan ta’ rkupru għadu ma ġie preżentant biex dawk kwalifikati f’dan il-qasam, isibu xogħol ieħor f’dan is-settur.
F’korrispondeza li ntbgħatet mill-Air Malta ntqal li minn 824 impjegat…. ‘il fuq minn 500 ħaddiem applikaw għall-iskema ta’ trasferiment tal-impjieg. Effettivament…dan ifisser it-tmiem tal-karriera tagħhom mal-Air Malta.
Minn meta l-Gvern Laburista ħabbar li se jkeċċi nofs il-ħaddiema tal-Air Malta, ftit li xejn sar avvanz fis-sitwazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru. Dakinhar li ta din l-aħbar, il-Ministru Clyde Caruana kien qabbel il-linja nazzjonali tal-ajru ma’ fireplace….
Persuni stqarrew magħna illi li kieku ġew imnaqqsa l-pagi ta’ dawk li jinsabu fil-management, kieku setgħu jiġi salvati l-impjiegi. Speċjalment issa li sirna nafu li ċ-Chairperson tal-istess kumpanija qed jaqla’ €200,000 fis-sena.
Fl-aħħar jiem rajna wkoll kif ‘il fuq minn 30 inġinieri telqu mill-Air Malta, bil-Gvern jagħmel ftit li xejn biex iżomm lil dawn il-professjonisti milli jitilqu. Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm ukoll tentattivi mill-ġurnalisti biex tingħata l-informazzjoni dwar kemm fondi se jinġiebu mill-istate aid li applika għaliha l-Gvern…. bil-Gvern ma jagħti l-ebda dettalji kemm se tkun din iċ-ċifra.
//= $special ?>