Waslet il-konferma li l-Maratona ta’ Malta tħassret wara li ma nstabx ftehim fil-laqgħa li seħħet aktar kmieni bejn l-organizzaturi u Transport Malta.
Transport Malta imponiet lill-organizzaturi li jużaw ir-rotta li proponiet hi minflok ir-rotta li ilha tintuża għall-aħħar tnax-il sena. Dan meta r-rotta ta’ Transport Malta ġiet deskritta bħala inaċċettabbli mid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei, mill-Malta Red Cross kif ukoll mis-sezzjoni tal-Pulizija tat-Traffiku.
Fi stqarrija fuq Facebook, l-organizzaturi saħqu li m’humiex lesti li jitfgħu lill-parteċipanti fil-periklu, bil-proposta tagħhom li jibdew il-maratona sija qabel, tkun irrifjutata minn Transport Malta. Huma irrimarkaw ukoll li l-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa ma jagħtux permess li avveniment bħal dan iseħħ.
L-organizzaturi tal-Maratona ta’ Malta qalu li dawk li kollha li diġa ħallsu għall-parteċipazzjoni se jingħataw il-flus lura fl-inqas ħin possibli.
//= $special ?>