Fil-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League, PSG kisbu rebħa drammatika fl-aħħar minuta tal-partita ta’ 1-0 fuq Real Madrid biex issa se jidħlu għat-tieni leg fil-vantaġġ. PSG setgħu marru fil-vantaġġ fit-62 minuta meta Carvajal waqqa’ lil Kylian Mbappe fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Madanakollu mill-ħdax-il metru Lionel Messi ra x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Thibaut Courtois. PSG kienu l-aktar tim perikoluż matul il-partita kollha b’Kylian Mbappe jkun viċin il-gowl f’diversi okkażjonijiet. Biex fl-94 minuta kien l-istess attakkant Franċiż li skorja l-gowl deċiżiv tal-partita meta Mbappe għadda tajjeb mix-xellug u b’konklużjoni preċiża tefa’ wara l-goalkeeper Belġjan għal skor finali ta’ 1-0.
Man City kisbu rebħa komda ta’ 5-0 fuq Sporting biex għandhom sieq ġewwa fil-kwartifinali taċ-Champions League. Man City fetħu l-iskor fis-7 minuta meta minn pass ta’ Kevin De Bruyne kien Riyad Mahrez li xeħet fix-xibka mill-viċin għal 1-0. Għaxar minuti huma rdoppjaw meta d-difiża ta’ Sporting naqset milli tbiegħed il-periklu, b’Bernardo Silva japprofitta u jagħmilhom 2-0. Fit-32 minuta it-tim immexxi minn Pep Guardiol għamilhom tlieta, meta din id-darba kien Phil Foden li kkonkluda fix-xibka. Man City daħlu jistrieħu b’4 gowls vantaġġ bir-raba’ gowl ikun skorjat minn Bernardo Silva wara pass ta’ Raheem Sterling. Il-ħames gowl ta’ Man City kien skorjat fil-58 minuta mill-attakkant Ingliż Raheem Sterling.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: PSG v Real Madrid 1-0, Sporting v Man City 0-5 Għada: Salzburg v B.Munich 9.00pm, Inter v Liverpool 9.00pm
//= $special ?>