Lokali

L-ISTORJA TAD-DRONE: Issa qed jgħid li lanqas kien jaf biha l-informazzjoni

Kif ħadha drawwa li jagħmel, meta taħt pressjoni, il-Prim Ministru Robert Abela, infexx f’attakk partiġġjan fuq il-Kap tal-PN Bernard Grech. U minflok ma wieġeb mistoqsijiet leġittimi dwar id-deals suspettużi tiegħu, Robert Abela dawwar il-kannuni fuq il-Kap tal-PN Bernard Grech fejn żeffen fin-nofs il-propjeta’ tal-familja tieghu.

Prim Ministru li spiċċa jgiddeb lilu nnifsu fi ftit sigħat għaliex meta affaċjat bid-domandi, inqas minn 24 siegħa wara li kien f’paniku u nfexx jikxef dettalji privati tal-Kap tal-PN, Robert Abela qal hekk l-ewwel qalilna x’informazzjoni għandu u issa qed jgħid li lanqas jaf jekk hux vera jew le li intbgħat drone, u li qas kien jaf biha din l-informazzjoni.

Fl-aħħar jiem, eskalat il-kampanja negattiva tal-media tal-Partit Laburista, speċjalment issa li Abela inqabad f’deals ma’ persuna akkużat b’rabtiet mal-kriminalità organizzata – rabta ma’ Christian Borg illi ammettiha Abela innifsu.

Quddiem dan kollu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wieġeb b’mod ċar u saħaq li b’differenza minn Robert Abela, m’għandu xejn x’jaħbi. U li minflok bagħat drone biex jispija fuqu, seta’ facilment talab permess u kien jurih id-dar tal-familja tieghu bla problemi ta’ xejn.

Dan filwaqt li Bernard Grech reġa’ sfida lil Robert Abela biex jaċċetta dibattitu wiċċ imb’wiċċ – dibattitu mal-Kap tal-PN li l-Prim Ministru ilu jaħrab minnu sa minn meta daħal f’Kastilja.