Il-Partit Laburista ma jridx iwieġeb jekk kinitx sempliċi kumbinazzjoni li kien hemm drone fuq id-dar tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-istess jum li fih il-Prim Ministru Robert Abela semma dettalji speċifiċi dwar l-istess proprjetà ta’ Bernard Grech.
Ikkonfrontata bil-mistoqsijiet ta’ dan l-istazzjon, il-Kandidata tal-Partit Laburista Rebecca Butigieg provat taħrab mid-domandi taghna billi ssib refuġju f’dak li qal il-Prim Ministru innifsu…meta l-verità hi, li l-Prim Ministru stqarr li lanqas biss kien jaf jekk din l-istorja hijiex vera jew le.

