It-tennista seed numru wieħed Novak Djokovic saħaq li lest li jitlef l-opportunita’ li jirbaħ aktar trofej jekk ikun sfurzat li jitlaqqam bil-vaċċin kontra l-Covid-19. Djokovic, li m’huwiex ivaċċinat, ġie diportat mill-Awstralja u tilef iċ-ċans li jirbaħ il-21 Grand Slam tal-karriera fl-Open ta’ Awstralja.
Djokovic stqarr li għalkemm m’huwiex parti mill-moviment kontra l-vaċċin, hu favur li persuna tingħata d-dritt tiddeċiedi hi jekk tieħux il-vaċċin jew le. Is-Serb qal li jittama li r-regolamenti għall-parteċipazzjoni f’avvenimenti oħra jkunu differenti, hekk kif jixtieq li jkompli bil-karriera tiegħu għas-snin li ġejjin.
Djokovic kien daħal fl-Awstralja wara li ngħata eżenzjoni medika minn bord indipendenti iżda l-Ministru tal-Immigrazzjoni Awstraljan Alex Hawke ikkanċella l-visa tiegħu wara bosta protesti fil-pajjiż.
//= $special ?>