Nadur Youngsters komplew juru x-xejra pożittiva tagħhom f’dan l-istaġun meta għelbu lil SK Victoria Wanderers 2-1. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls, kienu SK Victoria li marru fil-vantaġġ fis-60 minuta mill-player Aud-Gustine James Obaje. Nadur mill-ewwel għamlu reazzjoni u tliet minuta wara ġabu dro permezz ta’ Marcelo Barbosa meta mill-11-il metru ma żbaljax. Għaxar minuti minn tmiem il-logħba, Nadur skurjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Lucas Moreira biex l-istess Nadur issa fetħu erbatax-il punt vantaġġ f’ras il-klassifika.
| L-Ewwel Diviżjoni | L | P |
| Nadur Youngsters FC | 13 | 37 |
| Ghajnsielem FC | 12 | 23 |
| Kercem Ajax FC | 12 | 22 |
| Victoria Hotspurs FC | 13 | 15 |
| Oratory Youths FC | 13 | 13 |
| Sannat Lions FC | 12 | 12 |
| Xewkija Tigers FC | 12 | 11 |
| SK Victoria Wanderers | 13 | 10 |


