Pietà Hotspurs rebħu l-konfront kontra Mġarr United bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ gowls jaslu fit-tieni taqsima tal-logħba miż-żewġ players Ġappuniżi Teppei u Morita. Minn naħa tagħhom Mġarr sofrew it-tieni telfa konsekuttiva fil-ġlieda tagħhom biex isavaw posthom fiċ-Challenge League. Kien Teppei li skurja l-gowl tal-vantaġġ fis-57 minuta tal-logħba biex ta vantaġġ lit-tim immexxi minn Paul Gatt. Pietà Hotspurs spiċċaw jilgħabu b’għaxar players meta Dylan Grima kien muri t-tieni karta safra f’temp ta’ tliet minuti, biex lagħbu l-aħħar għoxrin minuta tal-partita bi player inqas. Fl-aħħar ħin tal-partita Mġarr ippruvaw iżidu l-isforzi tagħhom biex jakkwistaw il-gowl tad-draw. Fit-92 minuta minn azzjoni ta’ corner għal Mġarr, Pietà ħadu l-ballun u b’ġirja tajba ta’ Teppei li ġera tliet kwarti ta’ grawnd, qassam lil Morita li għeleb lil Dimech u assigura t-tliet punti.
Challenge League – Sezzjoni B | L | P |
Żebbuġ R | 15 | 30 |
Tarxien R | 15 | 28 |
Pietà H | 14 | 27 |
Marsa | 14 | 26 |
Qrendi | 14 | 20 |
Fgura | 14 | 19 |
St. Andrews | 15 | 19 |
Swieqi | 15 | 19 |
Senglea A | 15 | 12 |
Mġarr U | 14 | 10 |
Luqa St. Andrew’s | 15 | 7 |
Żejtun C jidħlu fit-taqtiegħa għall-promozzjoni
Żejtun Corinthians rebħu l-konfort dirett fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika biex issa jinsabu biss erba’ punti taħt l-istess Naxxar Lions. Għal Naxxar din kienet it-tieni telfa konsekuttiva wara li l-ġimgħa ta’ qabel tilfu l-konfront kontra San Ġwann. Żejtun ħarġu mill-ewwel fuq l-offensiva u marru fil-vantaġġ wara ħames minuti permezz ta’ Renan Sgaria Farias. Fl-54 minuta Naxxar ingħataw penalty u mill-ħdax-il metru Gilberto Carrara Martins Leite għeleb lil Christian Cassar għal dro ta’ 1-1. Seba’ minuti minn tmiem il-partita Żejtun skurjaw il-gowl tar-rebħa meta Claudio Henrique Da Silva Barbosa għeleb lil Omar Borg. Żejtun għarfu jżommu l-vantaġġ biex saħħew posthom fil-klassifika u mill-ġdid daħlu fit-taqtiegħa għall-promozzjoni meta baqa’ ħames logħbiet għal tmiem l-istaġun. F’logħba oħra minn grupp A San Ġwann dawru telfa f’rebħa kontra Vittoriosa Stars biex komplew jitbiegħdu miż-żona l-ħamra. Vittoriosa fetħu vataġġ doppju permezz ta’ żewġ penalites skurjati minn Tejumola Ebenezer Ayorinde u Freud Gnindokponou fid-19 u fit-23 minuta rispettivament. Fl-aħħar kwarta tal-partita San Ġwann skurjaw tliet darbiet biex akkwistaw it-tielet rebħa fl-aħħar erba’ logħbiet. Amarildo Leirosa Junior skurja doppjetta personali fil-75 u fil-81 minuta filwaqt li Alexandre Floriano Lopes skurja l-gowl tar-rebħa fil-91 minuta.
Challenge League – Sezzjoni A | L | P |
Pembroke A | 14 | 34 |
Naxxar L | 15 | 31 |
Żejtun C | 15 | 27 |
Melita | 15 | 24 |
Marsaxlokk | 14 | 23 |
Lija A | 15 | 21 |
San Ġwann | 15 | 20 |
Mqabba | 14 | 17 |
Vittoriosa S | 15 | 13 |
Rabat A | 14 | 10 |
St. George’s | 14 | 4 |