Teżisti probabbiltà kbira li hemm persuni oħra nvoluti b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u din hija biss waħda mir-raġunijiet li l-Prosekuzzjoni qed toġġezzjona biex l-aħwa Degiorgio jingħataw il-libertà proviżorja b’rabta ma’ dan il-każ.
Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia żvela dan meta kienet qed jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ l-aħwa George u Alfred Degiorgio li jinsabu mixlija flimkien ma’ oħrajn bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Is-sottomissjonijiet saru quddiem il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfina Tonio Mallia u Joseph R Micallef fejn l-Avukat William Cuschieri tenna li għandu jkun hemm bilanċ bejn id-difiża u l-Avukat Ġenerali. Huwa sostna li huwa minnu li l-każ huwa wieħed ta’ portata kbira, imma r-regola għandha tkun li sakemm persuna għadha preżunta innoċenti din għandha tingħata l-libertà proviżorja bil-kundizzjonijiet iebsa li jidhrilha li għandha tagħti l-Qorti.
Philip Galea Farrugia li kien qed jirrispondi għas-sottomissjonijiet tal-Avukat Difensur Cuschieri qal li l-biża ta’ ħarba tal-akkużati teżisti b’mod reali.Huwa semma fost oħrajn il-fatt li s-sieħba ta’ wieħed mill-akkużati hija Rumena u li hi m’għandhiex rabtiet ma’ Malta.
Minn naħa tiegħu l-Avukat Cuschieri qal li wieħed irid iġib prova reali dwar il-biża ta’ ħarba. “Kieku kien hemm xi pjan li prrovaw jaħarbu, kieku vera. Dawn kienu jafu minn sa minn tliet ġimgħat qabel li se jiġu arrestati u setgħu ħarbu dak inhar, imma minflok qagħdu jistennew lill-Pulizija bil-kwiet, li arrestawahom u ma kien hemm kommosjoni ta’ xejn.”
Xibka ta’ kriminalità
L-Avukat Difensur qal ukoll li jissemma li f’dan il-każ hemm xibka ta’ kriminalita involuta, u li dan jista’ jkun vera, imma qal li hawn għandna wkoll, il-livell ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u jekk mhux se nagħti l-bail, allura din tal-innoċenza nispiċċaw inwaddbuha mit-tieqa.
Kompla jgħid li għadha inkjesta miftuħa u għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet, madankollu inkjesta fil-konfront tal-klijenti tiegħu hija magħluqa.
“Alla ħares għax ikun hemm inkjesta miftuħa u l-persuni ma jingħatawx il-bail. Iva huwa minnu li kien hemm involuti terzi persuni fosthom Melvin Theuma, u li mill-ħabs ta’ Kordin ikommunika ma’ wieħed mill-imputati .
“Kien hemm telefonati fis-sens li Melvin Theuma qallu biex jagħmel kurraġġ, diskors f’dak is-sens. Kien hemm ukoll pjan li Melvin Theuma qal li kien se jiġi avviinat Imħallef, imma f’dan ir-rigward l-aħwa Degiorgio ma kienux implikati.”
Cuschieri semma’ l-fatt ukoll li għadda t-terminu ta’ 30 xahar u għalhekk l-aħwa Degiorgio għandhom jingħataw il-ħelsien mill-arrest, xi ħaġa l-d-Deputat Avukat Ġenerali ma qabilx għax qal li dan it-terminu kien sospiż kemm il-darba.
L-aħwa Degiorgio riedu jiżvelaw aktar informazzjoni
Punt ieħor li tqajjem waqt is-sottomissjonijiet minn naħa tad-difiża kien il-fatt li l-aħwa Degiorgio għamlu żewġ talbiet għall-proklama biex isemmu terzi persuni, u għaldaqstant riedu jgħinu fil-proċess, iżda għal xi raġuni t-talba tagħhom ma kinitx aċċettata. L-Avukat Cuschierui qal li l-biża tal-AĠ mhijiex reali imma hija fantażma.
L-Avukat Galea Farrugia qal li mhux minnu li l-pleġġ huwa awtomatiku u dan huwa konformi mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Tenna li digriet li ngħataw minn diversi Qrati Maltin jimxu id f’id mal-Qorti Ewropea,.
Iċ-ċirkostanzi tal-każ’ jagħtu indikazzjoni ta’ biża. Semma’ diversi fatturi dwar il-biża tal-ħarba fejn hemm ix-xhieda li tgħid li kienu se jintbagħtu l-flus mir-Rumanija, dan qalha l-istess Melvin Theuma..
Huwa minnu li fil-ġuri Theuma jista’ ma jitwemminx imma din hija xhieda ġuramentata li ma tistax tiġi njorata. Raġuni oħra li l-aħwa m’għandhomx jingħataw il-liberta proviżorja hija li dan huwa każ ta’ piena massima. U hawn tidħol b’mod reali il-biża tal-ħarba.
Persuni oħra nvoluti
Dwar il-kontaminzzjoni tal-provi qal li huwa minnu li hemm inidikazzjonijiet li hemm persduni oħra nvoluti. Huwa ma qabilx mal-asserzjoni tad-difiża li l-biża hija waħda fantażma.
Tenna li għaddew ftit xhur u tressqet persuna oħra, Yorgen Fenech, u l-atti tal-inkjesta ntbagħtu lura. Bħala stat ta’ fatt wara tressqu wkoll l-aħwa Agius u Jamie Vella u reġgħet intbagħtet. Probabilita hija li li persunii oħra huma involuta.
Dwar il-biża reali fuq kommunikazzjoni ma’ xhud fil-każ’ ta’ Melvin Theuma, mhux telefonata biss kien hemm, imma ħareġ li kienu għadddejin flus tramite ħu l-aħwa Degiorgio, flus li kienu għaddejjin barra mil-ħabs u aħseb u ara jekk wieħed jingħarta l-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti se tagħti d-deċiżjoni tagħa in camera. Bħala parte ċivile fil-każ hemm l-Avukat Jason Azzopardi.
//= $special ?>