Lokali

Raġel l-isptar wara nirien f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 81 sena residenti Tas-Sliema kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara nirien fi blokka t’appartamenti fi Triq Sir Adrian Dingli f’Tas-Sliema.

Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl meta għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, żviluppaw nirien fl-appartament tar-raġel.

Fuq il-post issejjaħ tim mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li evakwa n-nies mill-appartamenti anke bl-użu ta’ ‘tower ladder’. Dan filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn il-kundizzjoni tiegħu għadha waħda pendenti.