Ara l-konferenza kollha hawnhekk.
Rebħa għall-PN, rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi. Il-PN mill-Oppożizzjoni diġà qed iwettaq id-differenza.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech f’konferenza tal-aħbarajiet li saret f’Marsaskala fejn fakkar kemm hadem il-Partit Nazzjonalista fl-ahhar snin biex jiddefendi z-Zonqor.
Fil-preżenza tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Robert Cutajar, id-deputati Stephen Spiteri u Carm Mifsud Bonnici, u l-kandidati John Baptist Camillei, Janice Chetcuti u Leone Sciberras, Bernard Grech qal li dak li ġara b’rabta mal-Università tal-Ġordaniżi huwa konferma li l-Gvern Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela l-ewwel jgħid mod u wara jispiċċa jdawwar fehmtu.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-proġett tal-marina li jrid jagħmel il-Gvern Laburista fil-bajja ta’ Wied il-Għajn fejn tefa’ dawl fuq il-fatt li issa ankè d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qed joħodha kontra l-Ministru Ian Borg u l-manuvri ta’ Abela biex issir din il-marina li se teqred is-sabiħ ta’ din il-bajja.
Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ ma jieħux pożizzjoni ċara dwar il-proġett li jrid jagħmel il-Gvern immexxi minnu.
B’differenza…..il-PN ilu għal dawn l-aħħar snin sod fil-pożizzjoni tiegħu favur l-Iskalin u favur il-pajsaġġ Malti.
//= $special ?>