Lokali

TAQA’ L-MASKRA TA’ ROBERT ABELA: “Laqgħat informali ankè ma’ strateġisti tal-Labour”

Sfumaw fix-xejn l-attakki insensati tal-Prim Ministru Robert Abela fuq il-media indipendenti, hekk kif fl-aħħar sigħat l-editur tat-Times of Malta kkonferma li fl-aħħar xhur iltaqa’ kemm ma’ persuna mill-PN kif ukoll ma’ strateġista mill-Partit Laburista. Dan apparti laqgħat oħra ma’ żewġ Ministri mill-Kabinett ta’ Abela.

Dan kollu jwaqqa’ l-maskra tal-Prim Ministru, li b’mod assurd prova jimplika li t-Times qed timmanuvra minn taħt biex toħroġ stejjer dwaru – konferma li Abela jinsab skomdu immens iwieġeb għall-iskandlu tas-€17,000 fix-xahar mill-Awtorità tal-Ippjanar u r-rabtiet suspettużi tiegħu ma’ raġel akkużat bi kriminalità.

Fuq Facebook, l-editur tat-Times Herman Grech stqarr li f’dinja demokratika l-ġurnalisti huma liberi li jżommu komunikazzjoni miftuħa ma’ kulħadd.

Dan l-attakk fuq it-Times seħħ fl-istess jum li fih il-media Laburista bagħtet drone biex jiffilmja d-dar tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.