Futbol Sport

Tirritona l-UEFA Champions League

Illum tirritorna l-UEFA Champions League hekk kif jingħata bidu għall-aħħar fażi bl-aħħar 16-il tim fil-kompetizzjoni. F’Pariġi tispikka l-partita bejn PSG u Real Madrid, żewġ timijiet li huma kkunsidrati bħala favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni.

L-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet ltaqgħu f’din il-kompetizzjoni kien fl-2019 fil-fażi tal-gruppi. F’partita oħra, Sporting jilqgħu lil Manchester City ta’ Pep Guardiola, b’City bħalissa jinsabu għaddejin minn forma mill-aqwa hekk kif jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika fil-Premier League. L-aħħar konfront bejn iż-żewġ timijiet jmur lura għall-2012 fil-UEFA Europa League.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Fażi tal-aħħar 16: Illum: PSG v Real Madrid 9.00pm, Sporting v Man City 9.00pm Għada: Salzburg v Bayern Munich 9.00pm, Inter v Liverpool 9.00pm