Wara diversi pajjiżi issa anke Malta qed tappella liċ-ċittadini biex jirritornaw mill-Ukrajna.
Fi stqarrija, Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qal li fid-dawl li t-titjiriet kummerċjali għadhom qed joperaw, il-Maltin li jinsabu fl-Ukrajna qed jingħataw parir biex jieħdu l-ewwel titjira disponibbli lura lejn Malta.
Il-parir tal-Gvern Malti b’rabta mal-ivvjaġġar lejn l-Ukrajna huwa li dan għandu jiġi evitat.
//= $special ?>