Is-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu fl-inċident li seħħ fil-Marsa wara li nqaleb trakk mimli ħadid ġie ddentifikat bħala Ajay Shrestha.
It-trakk li kien qed isuq fid-direzzjoni opposta għal xi raġuni tilef il-kontro, daħal fis-central strip li hemm taqsam it-triq u nqeleb fuq ġenbu.
Shrestha, żagħżugħ minn Nepal, kien qed iwassal xi ikel għal kumpanija meta, skont il-Pulizija, ammont kbir ta’ ħadid li kien mgħobbi fit-trakk u li waqa’ mal-impatt, spiċċa fuq is-sewwieq tad-deliveries u l-mutur tiegħu u darbu gravi tant li aktar tard huwa tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li sofra.
Shrestha kien għadu kif għalaq 28 snin u kien plejer u kowċ tal-Cricket f’pajjiżu. Hu kien ġie pajjiżna sabiex jipprova jsib futur aħjar minn dak li kellu quddiemu f’pajjiżna… iżda sfortunatament tilef ħajtu b’mod traġiku.
Iktar dettalji dwar dan l-inċident: