Sport Sport Ieħor

Alexander Hall jirbaħ il-midalja tad-deheb fil-freestyle slopestyle

(Ritratt: EPA)

Alexander Hall rebaħ il-midalja tad-deheb fl-iskiing fil-freestyle slopestyle biex l-Istati Uniti kisbu l-ewwel u t-tieni post f’din il-kategorija. Fl-Ice hockey b’sorpriża Slovakkja għelbu lill-Istati Uniti fil-kwarti finali, bl-Islovakki li qed ifittxu l-ewwel midalja tad-deheb fl-ice hockey, jiltaqgħu mal-Kumitat Olimpiku Russu fis-semi finali.

L-Iżvezja rebħu il-midalja tad-deheb fir-relay tal-biathlon. It-tim magħmul minn Linn Persson, Mona Brorsson, Hanna Oberg u Elvira Oberg, kisbu ħin ta’ 11-il minuta 39 sekonda, biex temmew qabel il-Kumitat Olimpiku Russu u l-Ġermanja rispettivament.

Intant fil-klassifika tal-midalji in-Norveġja jinsabu fl-ewwel post bi 13-il midalja tad-deheb, segwiti mill-Ġermanja b’10 midalji u l-Istati Uniti bi 8 midalji tad-deheb.