Lokali

IR-RABTA TA’ ABELA MA’ CHRISTIAN BORG: Jibqgħu jaħbu kemm hu verament il-valur tal-proprjetà

Ftit ġimgħat biss wara li nqabad li kien idaħħal f’butu mill-inqas 17,000 ewro fix-xahar mill-Awtorita tal-Ippjanar, issa sirna nafu bi skandlu ieħor – skandlu li fih Robert Abela inqabad illi kien involut fi ftehim dwar propjetà ma’ Christian Borg, li hu wieħed minn sitta akkużati b’każ ta’ ħtif ta’ persuna, bil-vittma saħansitra kien mhedded li jistuprawlu lil oħtu u li jaqtgħulu subgħajh barra.

Affaċjat mill-mistoqsijiet ta’ Net News dwar dan id-deal ta’ proprjetà, il-Ministru Owen Bonnici ma ddejjaq xejn, għal darb’oħra, joħroġ għonqu għal Robert Abela.

Filwaqt li l-Ministri qed jibqghu jahbu kemm hu verament il-valur ta’ din il-proprjetà b’Owen Bonnici jibqa’ jaħrab milli jwieġeb id-domandi ta’ Net News.