Jannar li għadda kien iktar kiesaħ min-norma klimatika, u lejn l-aħħar tax-xahar it-temperatura niżlet għal minimu ta’ 4.2°C. Dan ġara hekk kif pressjoni għolja li kienet qiegħda tiddomina l-Ewropa wasslet għat-trasferiment ta’ arkja kiesħa minn fuq il-Balkani lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.
It-temperatura massima ta’ Jannar li għadda, min-naħa l-oħra, laħqet it-18.1°C fit-tieni jum tax-xahar. Madanakollu, din it-temperatura massima kienet ħafna aktar baxxa mit-temperatura rekord għax-xahar ta’ 25.8°C. Dan intlaħaq f’Jannar tal-2021 b’riżultat ta’ riħ sħun li ġie minn fuq id-Deżert tas-Sahara u sħab sfiq li qabad is-sħana fuq il-gżejjer Maltin.
Ix-xita li niżlet matul ix-xahar ammontat għal 78.2mm, jiġifieri total kemxejn aktar baxx min-norma kkalkolata bejn l-1991 u l-2020 ta’ 79.3mm.
Il-veloċità medja tar-riħ għax-xahar li għadda kienet ta’ 9.6 knots, jiġifieri veloċità kemxejn ogħla min-norma ta’ 8.9 knots.
U s-seba’ jum tax-xahar kien l-iktar wieħed mudlam, hekk kif i-xemx ma xirfitx. Madanakollu, ix-xahar ta’ Jannar, b’mod ġenerali kien ħafna iktar xemxi min-norma klimatika u dawwal il-jiem xitwin tax-xaħar b’197 siegħa xemxin.
//= $special ?>