Il-Pulizija qatt ma tkellmet mal-kumpaniji Maltin tal-fjuwil li ttrasferixxew flus lin-negozji ta’ Darren Debono u Jeffrey Chetcuti fejn Debono kien qed jaġixxi bħala ‘broker’. Sadanittant il-kumpaniji nvoluti qatt ma qalu li ma ġiex onorat lilhom dak miftiehem fuq fjuwil. Huma qatt ma qalu li ma ngħatawx is-servizz mitlub minnhom minn Darren Debono.
Meta kienet qed tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Darren Debono u Jeffrey Chetcuti dwar allegat ħasil ta’ flus u kutrabandu, l-Ispettur James Turner prattikament ikkolabora x-xhieda li kien ta l-Ispettur Omar Caruana fis-7 ta’ Frar li għadda, meta wkoll kien kontro-eżaminat mid-difiża dwar ir-rwol tiegħu fl-investigazzjoni.
Kif kien spjega Caruana fl-aħħar seduta, Turner qal li l-fokus tiegħu kien fuq id-dikjarazzjonijiet bankarji – huwa indika diversi tranżazzjonijiet li joħorġu minn diversi kumpaniji tal-fjuwil f’negozji proprjetà ta’ Jeffrey Chetcuti u Debono. Mistoqsi jekk hu jew xi ħadd mit-tim tiegħu marx il-Libja biex jara kif imxew l-affarijiet u kif kien qed isir ix-xogħol, huwa qal li la hu u lanqas it-team l-ieħor immexxu mill-Ispettur Caruana, ma kienu marru biex jinvestigaw f’dan il-pajjiż.
L-Avukat Giannella Demarco għamlet għadd ta’ mistoqsijiet lix-xhud fuq meta huwa ħa l-każ f’idejh. Turner qal li flimkien mal-Ispettur Omar Caruana kienu qed jinvestigaw il-każ u minkejja li kienu f’teams differenti, kienu jimxi id f’id, bir-riżultat aħħari jkun wieħed.
Tenna li huwa daħal f’din l-investigazzjoni wara ħaddieħor fl-2020, liema investigazzjoni bdiet mill-Ispettur Antonovich Muscat fl-2013. Tenna li daħal fuq suspett ta’ kutrabandu taż-żejt bejn it-territorju tal-Libja u l-Italja. Qal li dan l-allegat kutrabandu kien investigat u bdew isiru verifiki tal-kontijiet ta’ Darren Debono u kumpaniji li kelliu x’jaqsam magħhom. L-ewwel ma raw kienu il-kontijiet bankarji u d-dħul f’ħames banek. Qal li meta daħal hu jinvestiga l-każ, kollox kien beda mill-ġdid.
Kien ukoll ittieħed profil ta’ Darren Debono u dawk assoċjati miegħu. Saret ukoll verifika fuq il-kontijiet li kien ingħalqu u l-movimenti ta’ kumpaniji bejn it-2013 u 2020 kif ukoll fuq xi karozzi u bastimenti relatati. L-Ispettur Turner qal li nġabret ukoll dokumenzzjoni mid-dwana dwar importazzjoni ta’ fjuwil, u dwar riċevuti li ħarġu minn kumpaniji relatati.
Turner spjega li fost il-kumpaniji tal-fjuwil li semma fix-xhieda tiegħu hemm Falzon Group, San Lucian Oil Company Ltd, u GO Fuels Ltd. L-Avukat Giannella De Marco staqsietu dwar ir-rwol tiegħu fl-investigazzjoni. “Tkellimt ma’ xi waħda minn dawn il-kumpaniji?” staqsiet, b’referenza għall-kumpaniji tal-fjuwil imsemmija minn Turner.
“Mhux min-naħa tiegħi u naħseb li ma saritx lanqas mit-team l-ieħor ” Demarco kompliet tistaqsi lil Turner jekk Darren Debono kienx iddikjara l-iskop tat-tranżazzjonijiet mal-bank tiegħu. Iva qal, u spjega li flus ġew irtirati mill-bank fi flus kontanti u li dawn intużaw fil-Libja. “
L-Avukat Demarco staqsiet jekk hux minnu li dak iż-żmien kienet għaddejja gwerra fil-Libja fejn kienet qed titmexxa minn żewġ fazzjonijiet u kienet diffċli li wieħed jaċċessa l-banek Libjani, bix-xhud iwieġeb fl-affermattiv. “Taqbel li kien hemm inkwiet fil-Libja u li l-faċilitajiet bankarji ma kienxu tajbin u l-gwerra kienet għaddejjha u kien hemm żewġ Gvernijiet”? iva kien hemm żewġ partijiet, qal ix-xhud.
“Ma kien hemm prattikamemt xejn u l- ħlas ried isir b’cash, u mad-dwana kollox kien hemm sew, bl-irċevuti b’kollox kienet il-mistoqsija li jmiss. Iva hekk jidher kienet it-tweġiba. Turner qal li huwa kien talab id-dokumentazzjoni u li din ingħatat lill-Pulizija u iva qal li r-raġuni tal-flus ħerġin minn Malta kienet għaż-żejt.
Il-mistoqsijiet komplew bl-Avukat Demarco terġa tisħaq max-xhud li l-Puliziija ma deheriliex li l-kumpaniji għandhom jiġu mitkellma, punt li anke staqsiet dwaru l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li quddiemha qed jinstema’ l-każ. Mistoqsija oħra kienet dwar jekk sarux verifiki jekk il-fjuwil kienx qed jasal, u anke hawn ir-risposta kienet fin-negattiv. Il-kontro-eżami ġie riżervat hekk kif mal-Avukat Giannella Demarco u Stephen Tonna Lowell ingħaqad l-Avukat Taljan Alessandro Gentiloni Silveri, li lkoll qegħdin jidhru għal Darren Debono, Għal Jeffrey Chetcuti qegħdin jidhru l-Avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran.
//= $special ?>