- id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara
Id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara, li kienet qed titkellem fit-Tieni Qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali Emenda Numru Tnejn, qalet li l-qtil traġiku tat-tfajla Pollakka ftit tal-ġimgħat ilu wasslet biex tressaq dan l-Abbozz ta’ Liġi.
L-Oppożizzjoni hi favur dan l-Abbozz ta’ Liġi li żżid il-piena f’każ ta’ femmiċidju, iżda din il-Liġi waħidha ma hix se twaqqaf lil xi persuni ta’ ġenerau maskili milli jieqfu milli jwettqu femmiċidju volontarju jew attentat ta’ femmiċidju volontarju fuq in-nisa.
Maria Deguara qalet li jekk tassew wieħed irid iwaqqaf il-femmiċidju, allura l-Istat u s-soċjetà għandhom jaħdmu id f’id fuq tliet binarji li huma l-edukazzjoni, sigurtà pubblika akbar u attenzjoni akbar lis-saħħa mentali tal-poplu.
L-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-subien u l-bniet u dwar id-drittijiet li għandha kull persuna u dwar r-rispett li kull individwu għandu jingħata, għandha tibda sa minn età żgħira ħafna u tissokta tul il-fażijiet kollha tal-edukazzjoni.
Fost iż-żgħażagħ għandha jerġa’ jitnissel tal-ħarsien tal-valuri veri u tal-prinċipji veri. Tul is-snin ta’ formazzjoni l-għalliema huma fid-dover li meta jinnotaw xi aġir mhux aċċettabbli, allura jsejħu lill-professjonisti ħalli dak li jkun jingħata l-attenzjoni li ħaqqu permezz ta’ terapija speċjalizzata.
Hi qalet li l-istatistika turi li diversi każijiet ta’ femmiċidju u vjolenza fuq in-nisa għandhom l-għeruq għal waqt it-trobbija ta’ min ikun wettaq ir-reat, speċjalment meta l-persuna tkun għadha qed tifforma l-karattru tagħha.
Maria Deguara qalet li l-qtil tat-tfajla Pollakka għandu jgħallima kemm fadlilna x’nagħmlu u xi nwettqu f’dan pajjiżna biex każijiet bħal dawn ikunu evitati.
Il-qtil ta’ din it-tfajla Pollakka wriena wkoll kemm f’pajjiżna għadna neqsin mis-sigurtà saħansitra fil-postijiet pubbliċi. Hu minnu li ħafna mill-każijie ta’ femmiċidju jitwettqu fil-magħluq, iżda l-qtil tat-tfajla Pollakka sar fil-beraħ. Għalhekk hu importanti ħafna li tiżdied is-sorveljanza fil-postijiet pubbliċi, fosthom bil-preżenza fiżika tal-membri tal-Ordni.
Għandha tingħata wkoll importanza lis-saħħa mentali u għandhom jiżdiedu l-isforzi biex tinqered l-istigma marbuta mas-saħħa mentali. F’pajjiżna fl-aħħar xhur il-każijiet ta’ saħħa mentali komplew jiżdiedu u għalhekk l-Istat għandu d-dover li immedjatament jindirizza din il-kwistjoni serja ħalli jassigura li s-saħħa mentali f’pajjiżna ma tkomplix tiddeterjora. Għandna bżonn ta’ sptar ġdid għas-saħħa mentali flimkien ma’ numru ta’ kliniċi speċjalizzati li jikkuraw is-saħħa mentali.
//= $special ?>