Liverpool kisbu rebħa mportanti ta’ 2-0 fi Stadio Giuseppe Meazza biex se jidħlu għat-tieni leg f’Anfield b’vantaġġ ta’ żewġ gowls. Fil-15-il minuta Inter kienu viċin li jiftħu l-iskor meta x-xutt ta’ Hakan Calhanouglu ħabat mal-lasta u għadda barra. Madanakollu kien Liverpool li marru fil-vantaġġ fil-75 minuta meta minn corner ta’ Andrew Robertson kien l-attakkant Roberto Firmino li bir-ras xeħet wara Handanovic għal 1-0. Tmien minuti wara huma rdoppjaw permezz tal-attakkant prolifiku Mohammed Salah wara li x-xutt tiegħu kien devjat għal ġewwa.
Fil-partita l-oħra Bayern Munich salvaw draw kontra Salzburg fl-aħħar minuti biex se jidħlu għat-tieni leg b’riżultat ta’ 1-1. Kienu Salzburg li marru fil-vantaġġ fil-21 minuta permezz ta’ Chukwubuike Adamu qabel Bayern Munich kisbu d-draw fid-90 minuta permezz tal-Franċiż Kinsley Coman.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Round tal-aħħar sittax: Ilbieraħ: PSG v Real Madrid 1-0, Sporting v Man City 0-5 Illum: Salzburg v B.Munich 1-1, Inter v Liverpool 0-2
//= $special ?>