MALTA …………………. 3
MOLDOVA …………… 1
Malta: M.Cachia, A.Said, R.Cuschieri, A.Sultana (Y.Carabott 77′), M.Borg (J.Flask 46′), M.Farrugia, S.Zammit (D.Theuma 46′), C.Zammit (B.Borg 46′), M.Debono (J.Dimech 67′), N.Sciberras (J.Schembri 82′), H.Bugeja
Moldova: N.Munteanu (E.Dumic 35′), E.Railean, M.Burdeniuc (C.Doiban 46′), D.Mardari, C.Tabur (V.Cojuhari 65′), C.Chiper, V.Mitul, A.Chirica (S.Tez 75′), N.Colesnicenco, A.Sivolobova, I.Topal
Referee: Olivia Tschon
Fit-Tony Bezzina Stadium it-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb rebħa ta’ 3-1 fuq il-Moldova, fil-Visit Women’s Trophy. Fit-22 minuta azzjoni tajba għal Malta meta Hailey Bugeja rċeviet tajjeb f’tarf il-kaxxa iżda l-konklużjoni fil-baxx tagħha kienet salvata mill-goalkeeper Natalia Munteanu.
Fl-24 minuta azzjoni perikoluża oħra għat-tim Malti meta Maria Farrugia għaddiet tajjeb lejn Hailey Bugeja, li daħlet tajjeb fil-kaxxa iżda rat ix-xutt tagħha salvat mill-goalkeeper tal-Moldova. Biex fit-33 minuta it-tim Malti mar fil-vantaġġ meta minn corner mil-lemin kienet Charlene Zammit li xeħtet fix-xibka għal 1-0. Madanakollu, f’azzjoni rari għat-tim tal-Moldova, fil-45 minuta huma kisbu l-gowl tad-draw meta l-goalkeeper Maltija naqset milli żżomm il-ballun, approfitat Daniela Mardari li mill-viċin xeħtet fix-xibka għal 1-1.
Malta reġgħu marru fil-vantaġġ fis-47 minuta meta minn corner mix-xellug kien is-sotituta Jade Flask li tefgħet fix-xibka għal 2-1. Fis-67 minuta il-Moldova ingħataw penalty għal foul ta’ Jade Flask, madanakollu Irina Topal, mill-ħdax-il metru tefgħet għoli. Malta approfittaw biex sitt minuti wara huma skorjaw it-tielet gowl meta Haley Bugeja żmarkata fil-kaxxa ikkonkludiet fix-xibka għal 3-1.
//= $special ?>