Futbol Sport

Marsaxlokk jgħaddu mal-aħħar sittax tal-Izibet FA Trophy

It-Tlieta filgħaxija ntlgħabet it-tieni logħba f’erba’ t’ijiem bejn Pembroke u Marsaxlokk, din id-darba mill-Izibet FA Trophy. Wara li nhar is-Sibt li għadda f’logħba tal-kampjonat Marsaxlokk irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals u ħadu punt minn din il-logħba, ilbieraħ huma għelbu lil Pembroke b’gowl fl-ewwel taqsima biex issa jiltaqgħu ma’ Sliema Wanderers. Il-Goal li ddeċieda l-partita wasal mill-player Emerson Vella fl-24 minuta. Għal Pembroke din kienet l-ewwel telfa dan l-istaġun, wara li sa issa fil-kampjonat jinsabu l-ewwel post b’għaxar rebħiet u erba’ dro minn erbatax-il partita.