Jekk il-Ministru Clayton Bartolo kien qed jakkwista reputazzjoni bħala wieħed mill-aktar Ministri tal-Labour inkompetenti fil-qasam li hu responsabbli minnu, issa jidher li qed jagħmel minn kollox biex jidħol ukoll fil-lista tal-aktar Ministri arroganti.
Kwazi tliet ġimgħat wara li saret iċ-ċerimonju pompuża tas-suppost ‘Film Awards’… Bartolo għadu ma jafx kemm swiet mit-taxxi tagħna din iċ-ċerominja. U għax għal Clayton Bartolo huwa insinnifakanti l-ammont ta’ eluf li qed itajjar mit-taxxi li jħallsu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin, il-Ministru ma jridx jikxef kemm berbaq flus fuq serata waħda, u minflok jipprova jdawwarha fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Għal din is-serata,l-ammont allokat oriġinarjament kien ta’ €400,000. Iżda sorsi fl-industrija tal-films qed jgħidu li n-nefqa hemm ċans li qabżet sew il-miljun ewro – ironika u insensata meta wieħed iqis li l-Gvern lill-industrija kollha fuq sena sħiħa jallokalha mhux iktar minn €600,000.
U tliet ġimgħat wara l-Awards, Bartolo qed jgħid li għadhom qed isiru l-kalkoli tal-flejjes li ntefqu, għax skont hu l-informazzjoni “għadha trid tinġabar”.
//= $special ?>