Lokali Qorti

Raġel ‘homeless’ iwieġeb mhux ħati li seraq flus kontanti

Raġel homeless’ wieġeb mhux ħati li seraq flus kontanti lil diversi persuni fil-Ħamrun u li wettaq diversi attentati oħra ta’ serq f’diversi bliet madwar Malta. Isse Yusuf Mohamud ta’ 33 sena, Somalu li m’għandux l-indirizz fiss f’Malta, tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Astrid May Grima, mixli b’serq aggravat u attentat ta’ serq ta’ flus kontanti.

Ir-reati huma allegati li seħħew f’diversi okkażjonijiet differenti matul Jannar u Frar ta’ din is-sena fil-Ħamrun, il-Furjana u ż-Żebbuġ. Mohamud kien mixli wkoll li fis-17 ta’ Jannar ipprova jisraq flus kontanti jagħti il-Furjana u li kawża ta’ ħsara minima fuq propjetà tal-Gvern.

Barra minn hekk kien mixli b’rabta ma’ attentat ieħor ta’ serq ta’ flus kontanti ħafna f’Ħaż-Żebbuġ fit-13 ta’ Frar. L-Ispetturi Kevin Pulis u Mark Cremona, li qed imexxu l-prosekuzzjoni, talbu lill-Qorti biex tittratta lill-akkużat ta’ riċediv. Mohamud wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Il-libertà proviżorja ma ġietx mitluba. L-Avukat Daniel Attard kien l-avukat difensur.