Lokali Qorti

Sitt snin u sitt xhur ħabs għal Taljan li bela’ 46 kapsola kokaina qabel ma ġie Malta biex jittraffikaha

Ċittadin Taljan ta’ 50 sena, li qabel wasal Malta fl-2011 kien joqgħod Madrid ġie kkundannat sitt snin u sitt xhur ħabs mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera wara li ammetta flok għadda ġuri li mporta aktar minn nofs kilo kokaina li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Id-droga kienet f’kapsoli fejn qabel ma’ ġie Malta huwa bela’ 46 waħda.

Andrea Marcozzi kien wasal Malta iġorr 66 kapsula fl-istonku tiegħu. Huwa kien immultat ukoll €7,000.  Fid-9 ta’ Mejju tas-sena 2011 t-Taljan kien iddeċieda  li jirrikorri għall-assistenza medika fl-isptar St. James ħewwa tas-Sliema minħabba problemi intestinali, konsistenti ta’ wġiegħ kbir fl-istonku tiegħu.

Minn x-rays li saru fuqu ġie stabillit li kellu numru sostanzjali ta’ ‘foreign bodies’ fl-istonku tiegħu suspettati li kienu jikkontjenu droga illegali. B’hekk il-pulizija ġiet infurmata b’dan bil-għan illi jibdew l-investigazzjonijiet relattivi. Il-pulizija għamlet tfittxija fil-kamra tal-lukanda fejn kien joqgħod fil-Gżira, fejn fost affarijiet oħra instabu 18-il kapsula.

Sadanatant, l-akkużat ġie trasferiet lejn l-isptar Mater Dei fejn huwa rnexxielu jgħaddi 48 kapsola ohra. Mill-eżamijiet li saru minn esperti maħtura mill-Maġistrat Inkwirenti fuq dawn l-imsemmija kapsoli, li kumplessivament jammontaw għal 66 kapsola, irriżulta li kien fihom id-droga kokaina f’ammont nett ta’ 658.91 gramma b’purita` ta’ madwar 28%.

Marcozzi, kein irnexxielu jipporga 18-il kapsola fil-lukanda fejn kien qed joqgħod imma ma setax jipporga l-bqija tat-48 li kellu fl-istonku tiegħu . Mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li Marcozzi li ma kellux xogħol fi ftiehem ma’ xi persuni biex jittraffika d-droga. Wara li bela’ l-kapsoli ġie Malta u l-ftehim kien li wara li jippurgahom, jagħmel sinjal mill-gallarija biex jiġborhom ħaddieħor.

Għal din il-biċċa xogħol kellu jitħallas €2,500 mingħand il-persuna li kienet Malta u li għaliha kienet indirizzata d-droga.  Il-Qorti Qieset li l-ammissjoni saret qabel ma ġie iffurmat il-ġuri, li pero’ ma tistax tissejjaħ waħda bikrija għaliex la saret meta tressaq u lanqas saret waqt il-kumpilazzjoni iżda sareet quddiem il-Qorti Kriminali proprju qabel ma kien se jiġi appuntat il-guri. Ġie kkunsidrat il-fatt ukoll li d-difiza u l-prosekuzzjoni qablu fir-rigward tal-piena li ghandha tinghata lil  Marcozzi.