Lokali

Zekkin isib iktar minn €15,000 fi flus mhux iddikjarati f’bagalja ta’ Maltija

Il-kelb tad-Dwana, Zekkin irnexxilu jaqbad €15,030 fi flus mhux iddikjarati f’bagalja ta’ Maltija li kienet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bi pjan li tmur lejn Dubaj.

Fil-fatt, kollox beda meta Zekkin ta sinjali lill-Uffiċjali tad-Dwana. Meta l-passiġġiera ġiet mistoqsija kemm għandha flus fuqha, hi wieġbet li għandha total ta’ €10,030. Madanakollu, l-Uffiċjali fittxew fil-bagalja tagħha u sabu €5,000 oħra.

L-Uffiċjali offrew qbil barra mill-Qorti, bil-passiġġiera qablet ma dan u b’hekk ħalset multa.