Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-karozza

Mara ta’ 31 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ f’Għawdex.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-23:30 , il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb, l-Għarb, Għawdex.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 31 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, kienet qiegħda ssuq vettura tat-tip Toyota Yaris, tilfet il-kontroll u nqalbet.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.