Il-familji Maltin u Għawdxin mhux se jkunu qed jingħataw il-flus li nsterqulhom fl-ewwel 8 snin ta’ tmexxija ta’ Gvern Laburista mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Dan ġie kkonfermat mingħajr ebda tidwir mal-lewża mill-Ministru Clyde Caruana.
Mistoqsi minn Net News l-Erbgħa waranofsinhar għalfejn il-Gvern mhux se jkun qiegħed jagħti lura l-flus li nsterqu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, flejjes dovuti bi dritt liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin..misruqa minn ħalq l-ulied u l-anzjani, il-Ministru tal-Finanzi insista li l-Gvern ma jridx iħares lura.
Dan ifisser li mingħajr lanqas biss jiprova jbenġilha, l-eks Chief of Staff ta’ Robert Abela u issa star candidate għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, ikkonferma li l-Gvern tal-Labour lanqas biss qiegħed jikkunsidra li jagħti refund għal flus li insterqu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Mistoqsi sabiex jispjega għalfejn il-karba tan-nies qed tiġi injorata b’din il-manjiera …huwa wieġeb b’dan il-mod.
Wara din l-ammissjoni ċara u tonda, Net News staqsa l-istess domanda lill-Ministeru għall-Enerġija, Miriam Dalli, li minflok tat spjegazzjoni lill-familji għaliex flushom mhux se jieħduhom lura, hija għażlet li ma twieġeb xejn u tibqa’ dieħla fil-Parlament.
Dan ifisser li eluf ta’ persuni se jispiċċaw b’xiber imnieħer hekk kif filwaqt li l-Gvern ta’ Abela ammetta li kienet teżisti anomalija fil-mod illi bih kien qiegħed jaħdem il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, f’nifs ieħor qiegħed jgħid mingħajr ebda mistħija li mhux se jagħtihom flushom lura.
//= $special ?>