Ilbieraħ, għall-ħabta tal-22:00, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 50 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>