Ħaddiema li taħdem bħalha flight attendant weġġgħet wara li ajruplan tal-Air Malta sofra turbulence minn kurrenti tal-arja li ħolqu numru ta’ intoppi tul il-vjaġġ (KM394) bil-konsegwenza li sofriet xi ġrieħi.
Bħalissa ċ-ċentru tal-Ewropa huwa milqut mill-maltemp, fejn anki xi vjaġġi oħra kellhom jiġu posposti minħabba dan.
Skont informazzjoni li waslet għand Net News il-vjaġġ spiċċa wasal fid-destinazzjoni aħħarija tiegħu, Amsterdam, 40 minuta tard. Skont din l-istess informazzjoni l-problema nqalgħet għall-ħabta tal-9.50am meta l-ajruplan kien fuq l-Alpi.
Il-persuni li kienu fuq il-vjaġġ qalu magħna li hija ingħatat il-kura fuq l-ajruplan, b’kelliem għall-Air Malta jgħid li l-istess ħaddiema wara kompliet bix-xogħol tagħha.
//= $special ?>