Puttinu Cares permezz ta’ post fuq Facebook appellat biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis dwar il-Maratona ta’ Malta, kemm għal benefiċċju tal-atleti, iżda wkoll biex l-għanjiet ta’ din il-maratona jibqgħu fis-seħħ, u permezz t’hekk ikunu jistgħu jgawdu dawk l-aktar fil-bżonn inkluż dawk li jeħtieġu l-kura.
Dwar dan infatti, ilbieraħ il-Kumitat Organizzattiv tal-Malta Marathon (MMOC) qal li ma kienx jaf li se ssir maratona oħra bl-isem ta’ TRAN|SPORT MALTA CHARITY MARATHON, bl-atleti jinqabdu f’limbu fuq eżatt x’se jiġri. Min-naħa tagħha Puttinu qalet li minħabba n-nuqqasijiet li hemm bħal donnu nqabdet bejn il-basla u qoxritha u uriet biċ-ċar fil-messaġġ tagħha li jkun fl-aħjar ġid tal-atleti biex iż-żewġ naħat isibu soluzzjoni.
Il-post kompliet billi qalet li l-isports għandu jibqa’ sports u dan m’għandux iġib kunflitt iżda għandu jġib l-għaqda. Hija qalet li d-donazzjonijiet mhux kruċjali, għax jeħtieġ li qabel dan kollu ż-żewġ naħat jingħaqdu u jaħdmu flimkien biex tinstab soluzzjoni.
Puttinu qalu li filwaqt li għandna napprezzaw is-saħħa, il-ħajja u l-isport u f’dan il-waqt l-atleti għandhom ikunu r-rebbieħa.
//= $special ?>