Lokali

Raġel ferut wara li waqa’ kantun fuqu

Raġel ta’ nazzjonalità Niġerjana weġġa’ fi Triq Hannover, f’Bormla wara li waqa’ kantun fuqu.

Il-Pulizija kienet infurmata b’dan il-każ għall-ħabta tal-11.15am li jidher li seħħ wara li kienu qegħdin jittellgħu xi knatan f’sit ta’ kostruzzjoni permezz ta’ krejn u waqa’ wieħed mill-knatan għal fuq sieq il-ħaddiem barrani.

Fuq il-post issejjħu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll tim mediku hekk kif il-vittma kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

Kelliem għall-Pulizija qal li kemm l-identità kif ukoll il-kundizzjoni tal-vittma għadha trid tiġi stabbilita.