Turist Slovakk ta’ 17-il sena ġie lliberat bil-kundizzjono talli għamel ħsara f’ħajt tal-ġibs fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-akkużat, minorenni ġimgħa biss qabel jagħlaq it-18-il sena, tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Lara Lanfranco mill-ispetturi tal-pulizija Roxanne Tabone u Karl Roberts, akkużat li kkawża ħsarat b’valur ta’ €472 f’ħajt diviżorju tal-ġibs f’wieħed mill-ħwienet fi l-ajruport.
L-inċident seħħ nhar it-Tlieta. Iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkuża unika ta’ ħsara kriminali. Fis-sottomissjonijiet tiegħu dwar il-piena, l-avukat difensur Daniel Attard, irrimarka li l-akkużat kien diġà ħallas l-ispiża tat-tiswijiet u kellu record kriminali nadif. Meta sabet liż-żagħżugħ ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess, il-qorti ħelsitu bil-kundizzjoni għall-perjodu ta’ tliet xhur.
//= $special ?>