Lokali

Abela jibqa’ jostor dettalji dwar il-mijiet ta’ eluf li ħa f’konsulenzi

... jibqa' ma jippubblikax il-kuntratti

Minn meta sar magħruf li minn flus il-poplu, Robert Abela kien jitħallas 28,000 ewro fix-xahar u mhux 17,000 ewro kif kienu l-indikazzjonijiet fil-bidu, il-Prim Ministru baqa’ jaħrab milli jippublika d-dettalji tal-kuntratti u l-ħlasijiet li għal snin twal ħa mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Meta affaċjat bid-domandi dwar din is-sitwazzjoni, l-Executive Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar Martin Saliba, ma riedx jikkommetti ruħu li jippublika dawn il-kuntratti li inghataw lil Robert Abela.

Il-verita’ hi…li d-domandi li baghtna lill-Awtorita’ numru ta’ granet ilu ghadhom mhux imwiegba. Minkejja li l-Prim Ministru Robert Abela ftahar li dak li qed nitolbu jinsab fid-dominju pubbliku, fl-istess ġimgħa fejn iddikjara li nfittxu kemm infixxtu fuqu mhu se nsibu xejn.

Dominju Pubbliku li akkost ta’ kollox, il-Gvern qed iżomm moħbi mill-bqija tal-poplu li ħallas lill-Prim Ministru 28,000 ewro fix-xahar, għaliex skont hu, kien ħadem ħafna sigħat inkluż fil-weekends.

Intant, meta affaċjajna lill-Ministru li taħtu taqa’ l-Awtorità tal-Ippjanar, Aaron Farrugia, hu ħa ħsieb li jaċċerta li ma jagħtina ebda dettalji li setgħu ikomplu jitfgħu pressjoni fuq il-Prim Ministru li poġġieħ fil-kariga li għandu bħalissa fil-Kabinett.