Lokali Qorti

Darren Debono jitressaq il-Qorti wara li rrifjuta li jixhed

Darren Debono, magħruf bħala “It-Topo” tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Victor Axiak minħabba r-rifjut tiegħu, waqt li kien taħt ġurament, li jidentifika l-kompliċi kollha tiegħu fis-serqa armata tal-HSBC tal-2010. L-Ispettur Mario Xiberras sejjaħ diversi xhieda, fosthom rappreżentanti tal-Qorti, biex jixhdu dwar is-seduta tal-Ħamis fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Vincent Muscat, “Il-Koħħu” fejn Debono irrinunzja min-naħa tiegħu minkejja l-ftehim li kien sar biex il-piena titnaqqas bi grad u li bih kellu jservi 10 snin u nofs ħabs bi tpattija għax-xhieda li kellu jagħti.

Fis-seduta tal-Ħamis quddiem il-maġistrat Monica Vella, Debono saħaq li kien se jixhed biss kontra l-akkużat “Il-Koħħu” u mhux se jsemmi l-kumplament tal-kompliċi tiegħu, peress li beża għas-sigurtà tal-familja tiegħu. Parti mis-seduta tal-Ġimgħa fil-konfront taż Debono saret bil-bibien magħluqa, bil-Qorti x’aktarx ingħad lilha li dettalji dwar it-theddida kontra Debono, li wieġeb ħati tal-akkużi tal-Ġimgħa, dik li rrifjuta ordni tal-Qorti biex jixhed u li sar reċediv.

Kopja tas-sentenza li sabitu ħati li pparteċipa fil-hold up tal-2010 ġiet esebita biex tissostanzja din l-aħħar akkuża. Meta l-awla reġgħet infetħet għall-pubbliku, l-avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila, li dehru għal Debono, talbu l-ħelsien mill-arrest.

L-avukat ta’ Debono Edward Gatt sostna li l-klijent tiegħu kien ħa l-ġurament kif mitlub u ħadd ma jista’ jlumu jqed qed jibża’. “Jista’ xi ħadd jagħtih tort talli qed jibża’?, sostna Gatt waqt li ddefenda lill-klijent tiegħu mill-akkużi. “Kulħadd jaf x’tip ta’ nies huma dawn. Allura dawk kollha ta’ madwaru jistħoqqilhom protezzjoni, imma hu le?” kompla jgħid l-Avuukat Gatt.

Il-Maġistrat Victor Axiak staqsa jekk il-pulizija għamlux xi forma ta’ arranġamenti ta’ protezzjoni għal Debono u l-familja tiegħu. Gatt indirizza lill-Qorti dwar dik il-kwistjoni bil-bibien magħluqa, bil-media ordnata toħroġ mill-awla momentarjament. Sadaniitant il-ftehim preċiż tal-patteġġament li Debono laħaq mal-prosekuturi għadu mhux magħruf.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tad-difiża. Il-Qorti, wara li semgħet is-sottomissjonijiet, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u qalet li għalkemm il-prosekuzzjoni kienet wettqet dmirha u ħarġet lill-akkużat taħt arrest kif mitlub mil-liġi f’dawn il-proċeduri, wara li semgħet il-provi u l-argumenti r-rekwiżit li l-akkużat jinżamm arrestat. m’għadux jgħix.

Il-Qorti tat lil Debono l-libertà proviżorja bil-kundizzjoni li jiddepożita €500 u jipprovdi garanzija personali ta’ €5000. L-avukat ta’ Debono informa lill-qorti li l-akkużat ma kellux fondi biżżejjed biex jipprovdi d-depożitu. Il-Qorti ordnat li l-akkużat jibqa’ arrestat sakemm tingħata s-sentenza tiegħu t-Tnejn filgħodu. Minkejja dan kollu, jiġri x’jiġri, Debono, iżda, se jibqa’ jinżamm il-ħabs hekk kif irid jiskonta s-sentenza tiegħu għal attentat ta’ serq.

Il-patteġġament (ftehim) li kien sar mill-Avukat Ġenerali ma’ Daren Debono ġab stmerrija kbira minn naħa tal-membri tal-korp tal-Pulizija fejn qalu li din kienet daqqa’ għall-moral tagħhom u li spiċċa wassal għal diversi riżenji. Dan il-fatt kompla jissaħħaħ wara li sar ukoll protest fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ippreżentat mill-union tal-pulizija.

Il-Malta Police Union ressqet protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali dwar il-ftehim li sar ma’ Daren Debono li fih twaqqgħu akkużi relatati mal-attentat ta’ qtil ta’ uffiċjali tal-Pulizija bi tpattija għal xhieda li jrid jagħti kontra l-ko-akkużat l-ieħor, Vince Muscat, magħruf.

Il-protest ġudizzjarju, li kien ġie ffirmat mill-avukat David Bonello, it-trade union tesprimi “inkwiet, konfużjoni u l-istmerrija” tagħha għall-kompromess milħuq mill-AĠ “ma’ persuna li bla skruplu sparat direttament fuq membri tal-forza.” Il-union iddeskriviet il-mossa bħala “daqqa ta’ ħarta” għall-membri tagħha u l-uffiċjali tal-pulizija b’mod ġeneral.