Il-poplu tar-Renju Unit qed jiġi mwissi sabiex jibqa’ d-dar hekk kif fl-aħħar sighat il-maltempata Eunice, li qed tiġi kkunsidrata bħala waħda mill-agħar maltempati f’għexieren ta’ snin, laqtet il-Punent u n-naha t’isfel ta’ dan il-pajjiz.
Il-Ġimgħa filgħodu l-uffiċju meterjoloġiku Brittanniku ħareġ it-tieni twissija ta’ maltemp qawwi li affetwa wkoll il-kapitali Londra. L-esperti tat-temp qalu li kawża ta’ dan il-maltemp u r-riħ qawwi, hemm periklu kbir għal dawk il-persuni li jgħixu fin-naħat tal-Lbiċ tal-Ingilterra u n-Nofsinhar ta’ Wales.
Barra minn hekk, huwa mistenni għargħar li se jikkawża ħsarat kbar fid-djar u fis-sistema tal-eletriku. Sa issa … madwar 14,000-il elf residenza spiċċaw bla provvista tal-elettriku kawża ta’ dan il-maltemp, b’numru ta’ ħaddiema qegħdin jaħdmu bla mistriħ sabiex ireġġgħu lura s-servizzi lil dawk milquta.
Sadanittant mijiet ta’ skejjel tul il-jum inżammu maluqgħa, filwaqt li l-ferroviji kollha f’Wales jinsabu sospiżi. Apparti dan, il-militar fir-Renju Unit jinsab fuq stand-by għal li jista jinqala’. L-esperti tat-temp indikaw li l-maltempata Eunice kellha ġġib magħha buffuri ta’ riħ li jlaħħqu sa 90 mil fis-siegħa, u sas-Sibt il-forza tar-riħ mistennija titqawwa sa 100 mil fis-siegħa.
Il-maltempata Eunice hija t-tieni maltempata f’ġimgħa li laqtet ir-Renju Unit wara li l-maltempata Dudley laqtet diversi zoni fin-naha ta’ fuq…. fosthom l-Iskozja u l-Irlanda… u ħalliet mijiet ta’ eluf mingħajr servizzi tad-dawl.
