Numru ta’ dgħajjes mill-Greċja u l-Italja qed jgħinu fl-evakwazzjoni ta’ għexieren ta’ nies minn vapurett li nħakem min-nirien waqt li kien qiegħed fl-ibħra ‘il hinn minn Korfu.
Il-Euroferry Olympia kien telaq b’290 passiġġer minn Igoumenitsa fil-Greċja għal vjaġġ lejn il-port Taljan ta’ Brindisi; bin-nirien ta’ fuqu jinqalgħu minn ‘ċirkustanzi li ma kenux għal kollox ċari’.
Mal-ewwel ingħataw id-direttivi biex il-passiġġieri jabbandunaw il-vapurett, b’xi sorsi jirreferu għal tfittxija li kienet għaddejja għal talanqas għaxar persuni rappurtati nieqsa. Il-parti kbira tal-passiġġieri kienu ċittadini Taljani, meta l-vapurett hu proprjetà tal-kumpannija Taljana Grimaldi Lines.
S’issa ma ħarġitx konferma li l-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ telgħu kollha fuq il-lifeboats li qed iwasslu lin-nies lejn ix-xatt. Dan waqt li ħafna fost il-passiġġieri salvati qed jittellgħu ukoll fuq vapuri li jinsabu fl-istess zona u li wieġbu minnufih għall-emerġenza.
//= $special ?>