Fl-aħħar sigħat saret tfittxija mis-Sovrintendenza tal-Wirt Storiku fil-propjetà tal-Ministru Anton Refalo fil-Qala wara li kien żvelat minn The Shift News li kellu fil-pussess tiegħu patrimonju storiku protett ħdejn il-pool tiegħu.
Il-patrimonju storiku hu ġebla antika li għandha l-isem tar-Reġina Victoria fuqha, hi protetta bil-liġi Maltija bħala wirt nazzjonali. Il-ġebla tidher li ġiet restawrata u tpoġġiet fuq pedestal fil-bitħa tar-residenza ta’ Refalo.
Jidher li kien it-tifel ta’ Refalo stess li tefa’ ritratti tal-post fejn tidher il-ġebla.
Il-Ministru Anton Refalo ma weġibx kif dan il-patrimonju storiku spiċċa fil-pussess tiegħu u għaliex ma rraportax lill-Awtoritajiet, iżda minflok iddeċieda li jpoġġiha fuq pedestal.
Li wieħed iżomm fil-pussess tiegħu partrimonju storiku protett mill-liġi hu meqjus bħala reat kriminali fejn wieħed kapaċi jeħel multa ta’ €116,000 jew saħansitra massimu ta’ sitt snin ħabs.
Mistoqsijiet li ntbagħtu lill-Prim Ministru Robert Abela minn The Shift News dwar x’azzjonijiet se jkun qed jieħu dwar il-Ministru tiegħu stess, dan kompletament injorahom u lanqas lissen kelma waħda dwar din l-istorja.
//= $special ?>