Żewġ uffiċjali tal-klabb ta’ Birkirkara FC ġew illiberati li kisru r-regolamenti tal-Covid waqt li kienu qed jiċċelebraw il-festa tal-qaddisa titulari f’Awwissu li għadda, bil-qorti tinnota li l-prosekuzzjoni ma tressqet l-ebda prova. Uffiċjal ieħor ġie mmultat €400 fl-istess każ.
Michael Bonnici, Colin Bason u Jonathan Friggieri dehru quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużati li wettqu ksur tal-Att dwar is-Saħħa Pubblika, billi naqsu milli jobdu l-istruzzjonijiet stabbiliti fid-dokument tal-Istandards u gwida maħruġ mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
L-Avukat David Gatt, li deher għall-irġiel akkużati, irrimarka li minkejja li allegatament żaru l-Isport Bar tal-każin fl-eqqel taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ Sant’Elena, l-ispetturi tad-dipartiment tas-saħħa ma esebixxew l-ebda ritratti. Barra minn hekk, l-avukat irrimarka li fl-akkużi ma kien speċifikat ebda artikolu tal-liġi, u li għamel biss referenzi ġeneriċi għall-Att dwar is-Saħħa Pubblika.
F’seduta mmarkata bi skambju jaħraq bejn il-partijiet, il-Qorti laqgħet is-sottomissjonijiet ta’ Gatt fir-rigward ta’ Bason u Friggieri, u lliberathom. Madankollu, Bonnici kien immultat €400 mill-Qorti, li semgħet kif hu kellem ħażin lill-ispetturi u qalilhom ukol “dan il-post huwa tiegħi.”
//= $special ?>