Sport Sport Ieħor

Wara pressjoni mill-Oppożizzjoni, l-Malta Polo Club u l-Malta Equestrian Federation huma parti minn Equestri Malta

(Ritratt: Joseph Galea)

Wara tant pressjoni mill-Oppożizzjoni fil-Parlament, il-Gvern inkluda lill-Malta Polo Club kif ukoll lill-Malta Equestrian Ferderation fl-Awtorita’ regolatorja li se tkun qed tħares l-isport taż-żwiemel f’pajjiżna.

Equestri Malta se tkun ir-regolatur tal-isport kollu li jinkludi ż-żwiemel f’pajjiżna fejn wara emenda mressqa mill-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, kemm il-Malta Polo Club kif ukoll il-Malta Equestrian Federation se jkun parti minn din l-awtorita’ regolatorja.

Wara li din l-emenda kienet aċċetata mill-Gvern, l-Oppożizzjoni ivvutat favur it-twaqqif ta’ din l-awtorita’, bil-Partit Nazzjonalista jkun il-vuċi għal dawn iż-żewġ assoċjazzjonijiet, li ma kienux inklużi fl-abbozz oriġinali preżentat.